Monday 25 January 2021

Il-Professur Manwel Mifsud dwar Fra Mudest (f’għeluq l-40 sena)


Tul 40 sena li fihom id-dinja nbidlet bis-sħiħ, kull awtorità ddaħħlet fi kriżi, u l-fehmiet u l-gosti tal-Maltin inqalbu ta’ taħt fuq, Fra Mudest bil-karattru ferrieħi, b’dik id-daħka simpatika tiegħu, baqa’ jmiss qlub il-qarrejja, baqa’ jilħaq dik ir-rokna f’qalbhom li – minkejja kollox – tixtieq is-sempliċità, il-ġenwinità. Baqa’ xhieda ta’ kontinwità u punt ta’ riferiment iktar importanti milli naħsbu. 

Ittra mingħand il-mibki Prof. Oliver Friġġieri, f’għeluq il-50 sena tal-Fra.

‘inti  wellidt  karattru  li  llum  sar  famuz  u  emblematiku,  u  li  nistħajlu,  bħal  Pinocchio,  jimpika  miegħek.  Għandek  tassew  għalfejn  tkun  hieni  u  kburi  li  rnexxielek  tul  dawn  is-snin  kollha  twelled  u  tagħti  lill-poplu  Malti  karattru  li  hu,  daqskemm  ma  huwiex,  tat-tfal.  
Persuna interġenerazzjoali li kiber ma ’ġenerazzjonijiet sħaħ.  
Fil-persunaġġ  tiegħek  nara   Malti  medju  oriġinali,  li  jdaħħak  u  ma  jifraħx  dejjem,  u  li  taħt  l-inġenwità  tiegħu  irnexxielek  tinserixxi  moħħ  matur  u  qalb  intensa.  F'dan  id-dawl  fil-persunaġġ  tiegħek  hemm  xi  ħadd  li  hu  u  ma  hux  'modest'.  Irnexxielek  toħloq  suċċessur  modern  ta'  karattru  klassiku,  bħal  Ġaħan,  imma  li  hu  wisq  aktar   kumpless  u  paradossali  minn  Ġaħan.’

Silta minn artiklu miktub mill-Prof. Ġorg Mallia fil-ħarġa speċjali dwar Fra Mudest (40 sena Fra Mudest) 2007

‘Nemmen ukoll li ma’ Fra Mudest qegħdin nikkommemoraw  it-twelid tal-letteratura moderna għat-tfal Maltin, għax il-ħolqien ta’ wieħed hu mżewweġ mal-bidu tal-oħra.’

In Ruħu Dejjem Tfittex,  I tried to explain how Charles Casha gives such a job to Maltese literature. He creates a poetic prInovince through the art of language: all possible ideas, human actions, and feelings in the common world are placed in a fitting relationship with the readers’ general sensibility. When I read his poetry I frequently feel that my consciousness is being invaded by an existence that is similar to my state. Casha’s poetic function is not merely to experience the poetic situation, but to create it also in his readers. And in my book I touched on the transcendent assets of virtues and elegance that develop in his poetic mind.

 

Then in his creative prose (novels and short stories) Casha is mostly concerned with common contemporary reality to describe subjects and attitudes. Prose for him is a vehicle of the consciousness that must be directed towards assessing the quality of life in terms of the characteristics of the people found in the narratives. The whole range of his writing offers a valuing of personal life that attends to the general human life. Furthermore, his books for children are full of stories which provide a rich source for probing the young audience’s imaginative responses to literary situations. Even his humour, at times wittily compact, is a verbally elated flowering of comic situations – as found in the stories of the unforgettable Fra Mudest. I tried to show all these artistic efforts through language in Ruħu Dejjem Tfittex.


Professor Charles Briffa



Monday 3 September 2018


TROFEW AGATHA BARBARA 
KUNSILL ĊIVIKU ĦAŻ-ŻABBAR




Nhar is-sibt 1 ta' Settembru, 2018, il-Kunsill Ċiviku ta' Ħaż-Żabbar, għoġbu jonorani bit-TROFEW AGATHA BARBARA, bħala rikonoxximent tal-ħidma tiegħi letterarja u f'għeluq il-50 sena mill-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb tiegħi: L-Għalqa fuq il-Għolja (1968).


Kull awtur ma jiktibx għalih innifsu imma biex jaqsam il-ħsibijiet u l-ideat tiegħu mal-oħrajn. Għalhekk kull apprezzament li jirċievi, ikun minn fejn ikun, huwa sodisfazzjon kbir għalih.

Ħaġa li tant taffaxxinani fil-kitba hija li permezz tal-kotba ( jew kitba ppubblikata taħt xi forma jew oħra ) l-awtur ikun qiegħed jikkomunika ma' tant u tant nies, ħafna drabi bla ma jaf min huma. 

Matul dawn l-aħħar ħamsin sena mill-ewwel pubblikazzjoni, il-kitba tatni sodisfazzjon kbir f'ħajti u daħħlitni f'dinjiet oħrajn mfassla minn realtà, immaġinazzjoni u ideat. 

Il-kitba ħaditni tant 'il bogħod mill-qafas li ngħix fih u thennini meta niftakar li warajja se nħalli tant u tant karattri li ħloqt, li Nittama jibqgħu ħajjin. Għalhekk din hi t-tama tiegħi!
Kull ktieb huwa bħal tarbija li meta titwieled iġġib magħha ferħ kbir fil-ħajja, u wara ssir parti minn familja li dejjem tikber u tinfirex, mżejna b'tant karattri differenti, li lkoll b'xi mod jew b'ieħor għandhom rabta mal-awtur li ħoloqhom. 

ch.
3 ta' Settembru, 2018


Saturday 23 July 2016

Stejjer Qosra (1978-2016)

Charles Casha 

Għad-Dawl Tal-Lampa:  (1978)
1.   L-Awtur
2.   Identità
3.   Bieb Nru. 13
4.   Iż-Żjara
5.   Qassis Tal-Ingliżi
6.   Speditu U L-Festa Tar-Raħal
7.   U T-Tfal Kantaw...
8.   F’betlem (Ġrajja Fittizja Dwar Il-Milied)
9.   Missjoni Stramba
10. Tislima
11. Miriam
12. Il-Ġrajja Tas-Sinjura Żeż
13. Mera
Minn Tarf Sa Tarf Tat-Triq:  (1996)
14. Is-Sur Karm
15. L-Ittri Tax-Xiħ
16. Moħħha Fil-Ġirien
17. Patri Krispin
18. Valerio
19. Meta Siefer Indrì
20. Il-Maħbubin
21. Is-Surmast
22. Toni
23. Ix-Xewqa Ta’ Patist
24. Sidor
25. Il-Gwerra
26. L-Istatwa
27. It-Tabib Ġorġ
28. Ġakki
29. Il-Barbier
30. Il-Manifk
31. L-Onorevoli
32. Victor
33. L-Oħrajn
Minn Fuq L-Għatba: (2001/2010)
34. Kwart Perżut Bil-Grass
35. Meta Tlajt Nixhed
36. Toni L-Bajjad
37. It-Tbaħħir
38. Sitt Ħabbiet Bqija
39. Iz-Zija Lukrezz
40. Godwin
41. Żibeġ U Boċċi
42. Spiru Tal-Mogħoż
43. Kaxxa Għall-Ħobż Biż-Żejt
44. Katrina U L-Qaddisa
45. Salvu Tal-Pinta
46. Il-Kaptan Tal-Lanċa
47. Il-Mara Tal-Għonnella
48. Pauline
49. Saverina
50. Il-Bejjiegħa
51. Dawra Bil-Karozza
52. L-Iskorfna
53. L-Infermier
54. Cesare
55. It-Tfajla Tal-Biljetti
56. Elija
57. Ir-Raġel Ta’ Marì
58. Is-Sinjura Kunċett
59. Il-Pittur
60. L-Iskarpan
Mill-Gallarija: 2007
61. Żaren
62. Fuq Il-Bejt
63. L-Ittri Ta’ Doris
64. Il-Miżwed
65. Nenu U Spira
66. Leli
67. Nerik
68. Il-Festa Tar-Raħal
69. Kelina
70. L-Ewwel Tqarbina
71. Nies Strambi
72. Bis-Saħħa Taz-Zija
73. Tal-Forn
74. L-Anġlu B’ġewnaħ Wieħed
75. Il-Kandidat
76. Il-Moħba Ta’ Rużann
77. Ħabiba Ta’ Tfuliti
78. Il-Granċ
79. Il-Ħares
80. In-Niċċa Ta’ Sant’ Antnin
81. Ġlied Fit-Triq
82. Il-Wegħda
Burraxki: 2005
83. Ir-Rigal
84. Il-Kritiku
85. In-Ners
86. Il-Mafkar F’nofs Il-Misraħ
87. Sindirella F’paceville
88. Ħamsa F’dgħajsa
89. Il-Bewsa
90. Iċ-Ċertifikati Ta’ Freddy
91. L-Imħatra
92. It-Torri Ta’ Babel
93. L-Ewwel Imħabba
94. Il-Ħtija
95. Bukkett Fjuri
96. Mikiel U L-Professur
97. Fuq L-Irdum
98. Xemgħa Tnemnem Fit-Tieqa
99. It-Triq
100.Il-Grillu
rakkontigriżi: (2011)
101.Fil-Kamra Tal-Fattiga
102.Filippa
103.Fuq Is-Sur
104.Iċ-Ċinji F’st.Ives
105.Id-Deffien
106.Id-Djarju Ta’ Krista
107.Il-Ġnien Tas-Sinjura
108.Il-Ktieb Ta’ Żakkarija
109.Il-Messaġġier
110.Il-Mistrieħ Ta’ Dejjem
111.Il-Pittur Tal-Isqaq
112.Il-Professur Bresse
113.Il-Qassis Tar-Raħal.
114.Il-Vjolinista
115.Ir-Raba’ Ta’ Mena
116.Irmied Fiċ-Ċimiterju
117.Is-Sindku Gerard
118.Ix-Xiħ U L-Poeta
119.Karta Mqattgħa
120.Kienet Tħobbna Lkoll
121.L-Isbaħ Qawsalla
122.L-Istrajk
123.L-0perazzjoni
124.M’hemmx Li Jiġi
125.Nessie
Stejjer Veri Li Qatt Ma Ġraw: (2016)
126.Telefonata
127.Taħt Il-Blata
128.Saver
129.Fil-Ħdax
130.L-Ewwel Esperjenza
131.L-Imħabba Ma Tmutx
132.Ir-Raġel Tad-Daqna Bajda
133.Ried Jitħallas
134.Deċiżjoni
135.Dinja Ġdida
136.Il-Ġiżirana
137.Kitarri U Mandolina
138.L-Ittra
139.Fil-Lukanda
140.Żewġ Nisa
141.Safra Twila
142.Adelina
143.Wara L-Kunċert
144.Ġimgħa Tard
145.Ix-Xiħ Tal-Isqaq
146.Il-Kamra Tal-Bejt
147.Suspett
148.Ċesarina
149.Is-Surmast
150.Forsi…
151.Ftit Sigħat
152.Babette
153.Fil-Mera
154.Il-Fjura
155.Lura Fid-Dar Tal-Kantuniera





Saturday 16 July 2016

NIKTEB U NOĦLOQ KARATTRI ĠODDA LI JIFFURMAW DINJA LI HI TIEGĦI

F’kull tfulija hemm ġnien, post imsaħħar fejn il-kuluri huma isbaħ, l-arja aktar bellusija u l-għodwa tfuħ daqs qatt qabel… Elizabeth Lawrence. 
Minn dejjem niftakarni b’xi ktieb f’idi. Fi tfuliti għalija l-qari kien ifisser bosta affarijiet. Kien jgħallimni l-lingwi li kont naqra bihom, kien jisqini l-ħlewwa tal-immaġinazzjoni, kien iwennisni mis-solitudni u drabi oħra kien joffrili rifuġju minn kumpannija mhux mixtieqa. Kien jisraqni għal kollox u jeħodni f’dinjiet oħra fejn stajt nimraħ fejn ridt. Fl-istess ħin kien jagħtini s-serħan il-moħħ illi meta xtaqt stajt nieqaf, nagħlaq il-paġni u nkompli ngħix f’dinjieti.
Għalija, l-karattri li kont naqra dwarhom fil-kotba kienu ħlejqiet tad-demm u l-laħam. Min jaf kemm bkejt, inkwetajt, tħassibt u dħakt għal dak li kienu jagħmlu! Min jaf kemm xtaqt li nkun waħda minn dawk it-tfal involuti f’xi misteru ħalli ngħix dawk l-avventuri. Min jaf kemm qattajt ħin moħbija ninnota annimali differenti bit-tama li naqbadhom jitkellmu xi darba. U min jaf kemm inkeddejt għal Ġaħan li kien iħalli n-nies tiddieħak bih u ma ried b’xejn idaħħal naqra melħ f’moħħu.
Nistqarr li issa li kbirt mhux għax inbdilt tant! Daqsxejn aktar moderata fl-immaġinazzjoni tiegħi imma moħħi xorta waħda għadu jiġri bija u ma nafx nieqaf noħlom! Imma x’tagħmel jekk tkun Charles Cashamagħġuna hekk? U wara kollox x’hemm ħażin li toħlom? Hekk jew hekk, meta għandek xewqa, xi darba għandek iċ-ċans li forsi ssir realtà. Kif fil-fatt ġara ftit tal-ġranet ilu meta rnexxieli niltaqa’ ma’ wieħed mill-awturi favoriti tiegħi – Charles Casha.
Charles Casha ħadem għal diversi snin bħala għalliem u anki bħala librar. Imma aktarx il-biċċa l-kbira tal-pubbliku jafu l-aktar bħala awtur ta’ bosta kotba.
Issa ilek aktar minn 40 sena tikteb u għandek madwar 50 ktieb ippubblikat. X’ħajrek biex tidħol f’dal-qasam tal-kitba?
“Meta kont għadni żgħir kont inħobb niġbor lit-tfal li kienu joqogħdu ħdejna u noqgħod nirrakkuntalhom l-istejjer. Iżda l-ħolma tiegħi ta’ tifel li kont kienet li xi darba għad nikteb ktieb għall-kbar. Fil-fatt passatemp li kelli kien li noqgħod nikteb l-istejjer fuq pitazz u fuqhom inniżżel – Ktieb ta’ Charles Casha.
F’dawk is-snin l-għalliem tiegħi Ġużè Chetcuti kien l-idolu tiegħi. Għalhekk tista’ taħseb x’baqa’ fija meta wara li urejtu storja li kont ktibt, huwa nkoraġġini ħafna biex nibqa’ nikteb! Taf int? Jgħidlek bniedem bħal dak, tagħmel il-qalb.
Darba minnhom iddeċidejt li nibgħat storja twila lit-Torċa, li dak iż-żmien kienet toħroġ sezzjoni magħrufa bħala l-Librerija Popolari. Fiha l-qarrejja kienu jsibu storja maqsuma biċċa biċċa ma’ kull ħarġa u finalment, meta din tispiċċa, kienu jiġbru l-partijiet kollha u jillegawhom f’forma ta’ ktejjeb. L-ewwel storja tiegħi f’dan l-istil kienet ‘L-Għalqa fuq l-Għolja’ u warajha ħarġet ‘Kolin’.”
Kif jiġuk l-ideat għar-rakkonti tiegħek?
“Jiena naħdem daqsxejn b’mod stramb għax l-istejjer tiegħi qatt ma jkollhom il-plot lest. Pjuttost ikolli karattru li minnu jibda kollox. Jiena nħobb ninnota ħafna lin-nies u meta nara lil xi ħadd daqsxejn partikolari, nieħu ritratt tiegħu f’moħħi: fiżikament, kif iġib ruħu, kif jitkellem… kollox! Insib dawn il-komportamenti interessanti ħafna għax wara nkun nista’ nużahom f’kitbieti.
Biex nagħtik eżempju, niftakar li darba waqt li kont qed nistenna l-mara ħierġa mix-xogħol, nilmaħ grupp ta’ ħaddiema qed iwaqqgħu dar. Fostom ġibidli l-attenzjoni l-kuntrattur: raġel liebes pulit imma b’żaqq daqsiex. U waqt li qed ninnutah, għedt kos, dan jaf ikun karattru! Bniedem li għandu l-flus, il-kap ta’ dawn l-irġiel kollha ….imma li kieku kellu jiġrilu xi ħaġa dar-raġel, x’jagħmel? Ħaffift malajr lejn il-karozza tiegħi, qbadt karta u bdejt inniżel dak kollu li jiġini f’moħħi fuqu. Fil-għaxija qbadt dil-karta u min-noti li ktibt, bdejt nibni karattru fir-rumanz ‘L-appartament fir-raba’ sular’.”
Indubbjament l-aktar karattru li ser tibqa’ mfakkar għalih huwa dak ta’ Fra Mudest; karattru li ormaj sar parti mill-folklor letterarju Malti. Għandi kurżità kbira dwar kif ħloqt lil dan il-fra? 
“Fil-fatt warajh hemm storja ħelwa u kurjuża mmens! Mela jiena kont ħabib ħafna tat-tifel tas-Sur Joseph M Demanuele li kien jieħu ħsieb iċ-‘Children’s Own’- l-unika gazzetta bil-Malti għat-tfal dak iż-żmien. Ġurnata minnhom, ħabta u sabta, il-missier kellu jieqaf minn dax-xogħol minħabba raġunijiet ta’ saħħa u f’żarbuntu daħal ibnu John. Ma kinetx biċċa xogħol faċli imma John kien jaf kemm dak il-ġurnal kien għażiż għal missieru.
Darba waħda waqt li kien qiegħed iqalleb fost id-dokumenti li ħalla missieru fl-uffiċċju, John isib blokka li fuqha kien hemm il-logo ta’ Fra Mudest. Akkost li fittex kemm felaħ biex jara għal liema raġuni kienet hemm, ma setax isib tarf. Madanakollu ħass xi ħaġa tgħidlu biex jibqa’ jippersisti bil-ħsieb li jagħmel xi ħaġa biha. Ġietu l-idea li jitlob lili biex niktiblu storja dwar Fra Mudest. Ħalla l-bqija f’idi, basta l-istorja tkun lesta u ppreżentata għall-istampar sal-għada fil-għodu!
Inxtħett naħseb x’ser nivvinta hekk malajr malajr u f’mument minnhom ġewni f’moħħi xi patrijiet mill-Marsa, li jien kont naf sew. Qtajtha li nimmudella lil Fra Mudest b’taħlita ta’ karatteristiċi ta’ żewġ patrijiet partikolari. Lil wieħed ħadtlu d-dehra fiżika tiegħu u lill-ieħor il-karattru u għaqqadthom flimkien. L-istorja kienet lesta fil-ħin u ħsibt li dak kien l-aħħar li smajt bil-fra. Iżda John kellimni mill-ġdid u talabni niktiblu aktar stejjer dwaru għax il-ħarġa li fiha ħareġ l-ewwel rakkont, tant kienet għamlet suċċess li kellu jipprintja eluf oħra biex jilqa’ għat-talba kbira li kellu għaliha. L-ewwel rakkont dwar Fra Mudest kien jismu ‘Ir-Ruħ fil-Kantina’ u deher f’Ħarġa Nru. 292 tal-10 t’April 1967.
Aktar tard, Victor Fenech kien ħajjarni nippubblika dawn l-istejjer fi ktieb. Għall-ewwel qtajt qalbi imma fl-1970 il-Merlin Library iddeċidiet li twaqqaf dar tal-pubblikazzjoni bil-ħsieb li tippubblika kotba L-aħħar ktieb li ħareġ ta' Fra Mudestbil-Malti, speċjalment għat-tfal. Ħadt pjaċir meta kellmuni dwar l-istejjer ta’ Fra Mudest u fl-1971 l-ewwel pubblikazzjoni tal-Merlin kien proprju l-ktieb tiegħi ‘Fra Mudest’ li kiseb suċċess fi żmien qasir. Irridu niftakru illi dak iż-żmien il-ktieb Malti ma kellux l-importanza li għandu llum. Din il-pubblikazzjoni kellha kopertina b’żewġ kuluri u stampata fuq karta sabiħa, bi tpinġija għal kull storja. Għalhekk nistgħu ngħidu illi ‘Fra Mudest’ kien wieħed mill-kotba li ta bidu għal era ġdida fil-pubblikazzjonijiet ta’ kotba għat-tfal.
Illum hemm 96 storja b’kollox dwar Fra Mudest u dawn jinsabu mqassma fuq 5 kotba, bl-aħħar wieħed joħroġ fl-2007 f’għeluq l-40 sena anniversarju mill-ħolqien tiegħu.
Nikkalkula li b’kollox inbiegħu mas-60,000 ktieb ta’ Fra Mudest. L-aħħar ktieb li ħareġ inbiegħ kollu wara sena biss u għamel 3 xhur bħala l-aktar ktieb mitbugħ għand il-Merlin Library.”
Imma għala taħseb illi stejjer miktubin dwar is-snin ħamsin għadhom jappellaw lill-ġenerazzjonijiet tal-llum?
“Ir-risposta hija faċli. Għal dawk li jiftakru dawk iż-żminijiet, Fra Mudest huwa rikordju tat-tfulija tagħhom u fil-fatt ħafna minnhom għaddew il-kotba tiegħu lit-tfal tagħhom. Għaż-żgħar ta’ llum dan l-ambjent hu xi ħaġa aljena u allura jaffaxxinahom. Meta mmur fl-iskejjel u nistaqsihom għaliex jogħġobhom Fra Mudest kważi kollha jagħtuni l-istess risposta – għax jaqraw dwar affarijiet li llum m’għadhomx jeżistu.”
Charles għandu wkoll xi kotba oħra li jitkellmu dwar dawn iż-żminijiet.
“Bħala sfond għall-kotba tiegħi ‘Minn Tarf sa Tarf tat-Triq’, ‘Minn Fuq L-Għatba’ u ‘Mill-Gallarija’ użajt l-ambjent li trabbejt fih, bejn wieħed u ieħor mill-1952 sal-1966. Fihom inkludejt karattri li niftakarGħażla ta' kotba ta' Charles Casha sewwa però ħallat il-verità mal-fantasija. Niftakar li fi tfuliti kont nissaħħar wara ċerti tipi li dak iż-żmien in-nies kienet tafhom b’imġienen jew b’eċċentriċi. Illum li kbirt u naf aħjar, nista’ narahom minn perspettiva oħra u bosta drabi nagħraf illi fir-realtà dan-nies kienu individwi li kienu għaddejjin minn mumenti diffiċli ħafna fostom ta’ dipressjoni. Jista’ jkun li fi ċkuniti lill-uħud minnhom kont tajthom xi ftit tal-fastidju meta flimkien ma’ sħabi kont nittantahom biex niċċajta. Għaldaqstant issa f’kitbieti u fl-istejjer tiegħi użajt ċertu simpatija lejhom u bħal qisni ppruvajt intellagħhom fuq pedestall, forsi biex inpatti ftit.”
Ma tistax ma tinġibidx lejn dan l-awtur għax apparti l-ġentilezza kbira tiegħu għandu ħabta li meta jibda jiddeskrivilek xi ħaġa, jibda jiġġestikola u jieħu l-forma tal-karattru li jkun qiegħed jitkellem dwaru, tant li tibda tarah quddiem għajnejk. Jagħtik l-impressjoni li huwa bniedem ferrieħi u ċajtier imma mbagħad meta taqra numru ta’ kotba oħra minn tiegħu, tinnota linja ta’ pessimiżmu. Charles, int bniedem pessimist?
“L-aktar kittieb li jinfluwenzani huwa l-poeta Rużar Briffa u fil-fatt wieħed li kien qiegħed jagħmel riċerka dwar il-kitba tiegħi għal xi studju tiegħu, innota similitudni bejn il-linja tiegħi u dik ta’ Briffa.
F’kitbieti jiena nħobb nidħol ħafna fil-fond tal-oġġett. Allura jekk qed nistudja karattru, nara r-realtajiet kollha: kemm is-sbieh u kif ukoll il-koroh.
Le, ma nqisx ruħi bħala bniedem pessimist. Pjuttost inħossni ngħix taħt anzjetà kontinwa li ġġegħlni ninkwieta illi l-affarijiet is-sbieħ jistgħu jittebbgħu b’xi avvenimenti negattivi – il-ktieb ‘Burraxki’ hu eżempju ta’ dan.”
Charles kiteb ukoll numru ta’ kotba edukattivi…
“F’kitbieti kultant ma nistax naħrab mill-fatt li jien kont għalliem. Ġie żmien meta ħassejt ċertu bżonn għal dawn it-tip ta’ kotba. Għat-tiswira tagħhom kien hemm involut ħafna studju u parteċipazzjoni minn xi għalliema oħra sabiex il-livell tal-ktieb jitfassal skont l-età tal-qarrejja. Ngħidu aħna fil-kotba ta’ ‘Naqraw ma’ Reno u Sara’, ‘Naqraw ma’ Mario u Liza’ u ‘Naqraw ma’ Mark u Tanja’, il-kliem kollu huwa magħżul apposta skont il-kurrikulu.
Min-naħa l-oħra l-ktieb ‘Fawwara’ jippreżenta lil studenti akbar bi stil differenti ta’ kif għandhom jagħmlu komprensjoni. Bl-istess mod il-ktieb ‘Kun af kif tikteb komponiment’ jagħti ideat tajbin biex wieħed isebbaħ kitbietu.”
Għalkemm illum inti m’għadikx taħdem bħala għalliem, xorta waħda għadek iżżur diversi skejjel sabiex tiltaqa’ mal-għalliema u l-istudenti bl-għan prinċipali jkun biex trawwem lit-tfal fil-qari. Waqt dawn il-mawriet fl-iskejjel, x’jidhirlek mill-interess u mill-livell fil-qari tal-istudenti?
“Fiż-żjajjar li għamilt fl-iskejjel, dejjem sibt studenti li jħobbu jaqraw, għalkemm nemmen li għad irridu naħdmu ħafna aktar biex inżidu l-entużjażmu għall-qari fost l-istudenti tagħna. Hija tassew ħasra li l-libreriji tagħna għadhom neqsin minn dik l-importanza bħala ċentri ta’ informazzjoni speċjalment fl-iskejjel u xi kultant ukoll fuq bażi nazzjonali. Ma naqbilx li norbtu l-ħin tal-brejk mal-librerija imma għandu jkun hemm ħin apposta allokat biex it-tfal jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi li toffri l-librerija.”
F’dinja moderna tant teknologika, x’post taħseb li għandu l-ktieb fis-soċjeta’ tagħna?
“L-avvanz teknoloġiku m’għandux joħloq konfront mal-ktieb kif nafuh. Imma bil-maqlub it-teknoloġija moderna tista’ (u fil-fatt qiegħda) tagħti ħafna kontribut biex il-ktieb jiżviluppa u jsir aktar attraenti. Permezz tal-internet wieħed jista’ jsib tagħrif dwar kotba ġodda u lista ta’ kotba dwar xi suġġett partikolari.”
X’tikkummenta dwar iċ-ċensura fil-kitba? 
“Ma naqbilx li wieħed jaqbad u jgħid li ċ-ċensura għandha titneħħa. Imma nemmen li għandu jkun hemm kodiċi ta’ etika li jiggwida lill-awturi u lill-pubblikaturi sabiex dawn ikunu responsabbli u jirrispettaw l-intelliġenza, l-età u l-mentalità tal-qarrejja. L-istat għandu d-dritt u d-dmir li jipproteġi lil min hu vulnerabbli fis-soċjetà. Ma naqbilx per eżempju li f’isem il-libertà tal-espressjoni wieħed għandu jagħmel il-flus mill-pornografija, l-aktar fost l-adolexxenti u t-tfal.
Hemm valuri li ma jitbiddlux mal-moda. Nibża’ li ħafna drabi din l-għajta kollha favur it-tneħħija taċ-ċensura mhi xejn ħlief mod biex wieħed jiġbed l-attenzjoni. Min-naħa l-oħra lanqas ma naqbel li ċ-ċensura kif inhi llum għandha tibqa’.”
Mill-kotba tiegħek, liema huma dawk l-aktar għal qalbek?
“Naturalment dawk ta’ Fra Mudest jiġu l-ewwel f’moħħi. Barra minn hekk bħalissa għandi għall-qalbi ħafna l-ktieb ‘Il-Prinċep u t-Trogloditi’. Dan huwa ktieb maħsub għat-tfal li batejt ħafna biex ktibtu Selezzjoni oħra ta' kotbaimma li meta lestejtu tani sodisfazzjon kbir. Bħala tema għandu s-suġġett illi fil-ħajja tista’ tipprova tfarfar ir-responsabbiltà minn fuqek però fl-aħħar mill-aħħar, moralment qatt ma tista’ teħles minnha. Bħala ktieb għall-kbar ‘L-appartament fir-raba’ sular’ huwa l-favorit tiegħi.”
Bħalissa Charles qiegħed jaħdem fuq xi kotba ġodda fostom fuq ktieb b’numru ta’ poeżiji li f’dax-xhur li ġejjin ser ikunu disponibbli għall-pubbliku. Barra minn hekk, irnexxieli niskopri wkoll li dan l-awtur qiegħed jipprepara awtobijografija tiegħu.
“Nemmen li tkun ħaġa sabiħa li kieku kull kittieb iħalli warajh xi forma ta’ awtobijografija għax minnha l-ġenerazzjonijiet ta’ wara jaslu biex jifhmu aktar dak li kiteb. Kull kittieb idaħħal ideat, xewqat u esperjenzi fil-kitbiet tiegħu ħafna drabi b’mod sottili. Dawn kollha jidhru aktar ċari u diretti meta l-kittieb jikteb l-awtobijografija tiegħu.”
Charles beda jiktibli dedikazzjoni fuq l-aħħar ktieb tiegħu ta’ Fra Mudest li huwa għażel li jirregalali. Għalija dan kien mument maġiku fejn awtur ta’ dan il-kalibru, li min jaf kemm-il darba xtaqt li xi darba ngħid kelmtejn miegħu, kien qed iħallili tifkira personali proprju permezz tal-karattru li jien tant ħabbejt matul tfuliti u anki llum. Iżda qabel infridna kien għad fadalli l-aħħar mistoqsija x’nistaqsih… Wara tant snin jikteb, il-kitba xi tfisser għalih? 
“Il-kitba għalija hija gost u mod kif inħossni li qiegħed nagħmel xi ħaġa utli. Inħobb nikteb u nħobb noħloq karattri ġodda li jiffurmaw dinja li hi tiegħi. Il-ħsieb li meta ma nkunx għadni hawn, se nħalli warajja din id-dinja ċkejkna jagħtini l-akbar sodisfazzjon.”
(Dan l-artiklu ġie ppubblikat fit-Torċa tad-9 ta’ Mejju 2010)

Fiona Vella

Tuesday 12 July 2016


L-awtur u Xandar Gorg Peresso dwar Charles Casha



Charles Casha hu meqjus mhux biss prolifiku imma wkoll eklettiku fis-sens ġenwin u mifrux tal-kelma. Għalliem, librar, midħla sewwa tal-Għaqdiet letterarji u tax-xandiriet letterarji, hu kiteb kemm stejjer għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Kotba ta’ tagħrif u  tagħlim daqskemm ta’ divertiment. Stejjer realistici daqskemm mimlija fantasija li jmorru lil hemm mir-realtà ta’ kuljum. Kittieb ta’ proża kif ukoll ta’ poeżija. L-esperjenzi tiegħu ta’ tfulitu u ta’ għalliem tawh mhux biss ispirazzjoni imma wkoll stil li hu tipiku tiegħu. L-għażla tal-kelma hi dejjem sabiħa. Il-binja tas-sentenza timxi mal-istil. In-namra ta’ rakkontatur qieghda fih, sinonomu ma’ ismu.